Thursday, April 10, 2008












Saħħiet Mark..


Irnexxilek...
taħsadni mill-ġdid.

...bħal meta ġejt u rajtek
l-ewwel darba u għidtli li hawn
'qisha darek!'

...jew bħal meta dewwaqtni
elf togħma
ġdida ta' platti
mimlija tradizzjoni.

...bħal meta għidtli li Alla
ħrafa antika.

Irnexxilek...
taħsadni mill-ġdid.


...bħal meta għidtli li
l-ftira jkollha l-majjal ġewwa,
u tkun mielħa
qisha l-baħar.

...jew bħal meta ħadtni Santi
nixtru l-Girgentina
ħa nagħsru u nagħmlu
inbid aħjar minn tas-sena l-oħra,
(inbid li mhux ser nixorbu
qatt flimkien!)

Erġajt ħsadtni
għax ġejna kmieni filgħodu
u ma sibnikx hemm.
Ilħaqt tlaqt itterraq l-aħħar triq,
waħdek...
ħallejtna warajk.

Għallimtna ... tmajtna...
issa għal rasna,
bik f'moħħna
għal dejjem!

Grazzi Mark!

10.04.2008 (Tas-Silg)


No comments: