Wednesday, October 31, 2007

Ahmar












Ghal Milied
nixtieq
l-ahmar ta' warda
friska
mxarba
minn nida
kiesha
ta' filghodu.

Xbajta nara
iswed.


10.2007 Staff Room (Malta)

Tuesday, October 30, 2007

Katowice







F'Katowice l-arja
tqila b'riha
ta' njam qed imut,
l-ghajjat,
twerzieq,
il-qtuh ta' nifs,
il-griz,
il-kiesah.
Mera ta' l-ghawg
li rikeb dan il-poplu.
f'kull habba li nzur b'reqqa
il-ghafsa
il-kisra,
stmerrija,
ta' poplu makus.
Id-dwejjaq
il-kilba ghal-hajja ahjar
it-tbissima sfurzata
mpengijja
fuq fommok
...sabih

10.2007 Katowice (Polonja)

Monday, October 29, 2007

... l-infern




Gejt narak
post mishut.
Rajtek mill-vicin,
irfistek...
sraqtek go qalbi.

Shittek fis-skiet
ta' qatra demgha,
f' jum kiesah
f' Ottubru.


10.2007 Auschwitz (Polonja)