Wednesday, October 31, 2007
Tuesday, October 30, 2007
Katowice
F'Katowice l-arja
tqila b'riha
ta' njam qed imut,
l-ghajjat,
twerzieq,
il-qtuh ta' nifs,
il-griz,
il-kiesah.
Mera ta' l-ghawg
li rikeb dan il-poplu.
f'kull habba li nzur b'reqqa
il-ghafsa
il-kisra,
stmerrija,
ta' poplu makus.
Id-dwejjaq
il-kilba ghal-hajja ahjar
it-tbissima sfurzata
mpengijja
fuq fommok
...sabih
10.2007 Katowice (Polonja)
jikteb ..... nazju at 12:45 PM 0 kummenti
Monday, October 29, 2007
... l-infern
Gejt narak
post mishut.
Rajtek mill-vicin,
irfistek...
sraqtek go qalbi.
Shittek fis-skiet
ta' qatra demgha,
f' jum kiesah
f' Ottubru.
10.2007 Auschwitz (Polonja)
jikteb ..... nazju at 6:04 PM 0 kummenti
Monday, May 07, 2007
Sahhiet lil Guzi
Fil-kwiet, fis-skiet
irqadt,
ghal dejjem ...
b'harstek
kellimtni
elf kelma
fil-qosor
li nsorr
go qalbi
ghal dejjem!
(Sptar San Luqa 29ta' April 2007)
jikteb ..... nazju at 2:20 PM 1 kummenti