Friday, September 22, 2006

Hajku: l-Mewt
























Stennejtek il-lum,

hrigt barra nhares lejk

u bkejna flimkien.


9.2006

Tuesday, September 19, 2006

Nixtieq


nixtieq......
li l-hoss imut
li l-lejl idum
li x-xemx iddub
l-ilma jibbies
li n-nifs jitqal
li jien nidbiel

fil-kwiet tal-lejl
minn fejn jien gej

09.06

Wednesday, September 13, 2006

Skiet . . . . . .
















Bahar kanella, storbjuz gej lura
b'qabda kbira ta' caghaq
li jpahpah bhal murtaletti
fil-festa tar-rahal.

Ix-xemx sarilha l-hin
u marret torqod.
Tusa kwieta l-lejla,

il-lejl wasal
(habib, li nkun fejn inkun
izurni bhal-dejjem..)
b'rigal.......

is-skiet, il-kwiet
il-kalma, r-raqda.

8.2006 Castel di Tusa (Sqallija)

Harstek


Ghajjien . . . inhares lejk
mill-boghod
kemm kemm
nilmah harstek
ddur (madwar din il-kamra
f'nofs bini antik)
lejn tieqa li zzewweg
ix-xemx ma d-dell
kiesah li hawn madwari.

Titbissem bhal kieku rajtni
u tahrab bil-hsieb
lejn shaba bajda
ghaddejja, tiggerra.

Nistenna hawn gew'
biex forsi narak
biex forsi nkellmek
biex forsi inhobbok!

1.2004

Monday, September 11, 2006

Gabor Varga

Is-'salvagg' tar l-ahhar titjira.
L-ghasfur ghaja,
u nizel jistrieh ghal-dejjem.

Tghammem fil-bahar blu
. . . quddiemi.


10.9.2006 Marsamxett (Malta)














________________________________________________________

Żewġ ajruplani ġġarfu wara li ħabtu: Pilota jitlef ħajtu f'dan l-inċident

Alessia ZAMMIT • 10/09/2006 16:30:08

Żewġ ajruplani ġġarfu wara li ħabtu Traġedja fuq il-baħar f'Marsamxett, hekk kif wieħed mil-piloti ta' l-ajruplani li kienu qed jieħdu sehem fil-kompetizzjoni ta' l-Aero GP tilef ħajtu waqt inċident bejn żewġ ajruplani.

L-ajruplani ħabtu f'xulxin bir-riżultat li spiċċaw fil-baħar. Xi membri tal-Forzi Armati marru fuq il-post fejn sabu l-piloti fosthom wieħed mejjet. Dan il-pilota - Gabor Varga, li għandu 45 sena u hu ta' nazzjonalita' Svediża - kien imniżżel fil-Guinness Book of Records bħala l-pilota li wettaq l-akbar numru ta' dawriet akrobatiċi b'ajruplan f'siegħa.

L-ajruplan l-ieħor kien qed jinstaq minn Irlandiż ta' 37 sena, li rnexxielu jaħrab minn ħalq il-mewt billi qabeż mill-ajruplan bil-parachute.

Fuq il-post bdiet immedjatament it-tfittxija għaż-żewġ ajruplani minn membri tal-Forzi Armati u tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Fil-fatt iż-żewġ ajruplani ttellgħu aktar tard wara nofsinhar u ttieħdu f'Xatt it-Tiben għal aktar investigazzjonijiet. Jirriżulta li minħabba l-kundizzjonijiet xejn favorevoli tal-baħar, dawn it-tfittxijiet ħadu fit-tul.

Jirriżulta wkoll li minħabba dan l-inċident traġiku l-ispettaku internazzjonali ta' l-ajru twaqqaf immedjatament.


sors: maltarightnow.com

Thursday, September 07, 2006

Rajtek mill-gdid

Ergajt gejt narak
fejn tidher sabiha mill-gdid.
Il-lejla qrajtek
kalma
bhal bahar ta' quddiemi
li jbennen il-hut
ma' l-ghabex kmieni filghodu.

Il-lejla tajtni gost
b'messagg li gie mill-boghod
ta' qalbek.

Il-lejla
ghajjatli b'ismi.

9.2002

Fil-kwiet

Bla kwiet
iddur go
sodtok shuna
tistenna n-nghas
ibennek
sa ma ghajnejk
jitqalu
u nifs jitwal.

U jien hawn, nisimek
nixtieq li qieghed
hdejk b'idi
go xahrek
imbennek
bil-mod
sakemm torqod
f'idejja.

09.2002

Min Gej

minn l'hawn
minn l'hemm
gejjin, sejrin
b'bagalja
infittxu s-skiet
tal-lejl
ha norqdu

2.2006 Chester (Ingilterra)

Wednesday, September 06, 2006

Principessa tal-Mara

Fil-Mara
rajtek, principessa
thares lejja
b'ghajnejn
suwed
tistaqsi ghalfejn
kont hemm hdejk;
ragel abjad
li gej mill-boghod
.... u dhaktli
b'ghajnejk
int u tahrab
il-boghod
minghajr ma tieqaf
thares lejja!

26.8.2002 - Masai Mara

Tuesday, September 05, 2006

Xemx wisq sabiha



















F'setah kbir
ergajt rajtek
sabiha bhal qatt qabel.
Turini t-triq
li twassal
fil-fond ta' qalbi
fejn insib
is-serhan
u l-paci,
fejn nerga
niftakar fik
...... art twelidi.

22.8.2002 - Masai Mara

Grazzi Steve!

Bahar kont
u bahar terga ssir!

L-imhabba qerditek
l-imhabba bennitek.

Strieh fil-bahar fond
strieh fil-bahar blu li tant kont thobb!

4.9.2006

_______________________________________
Steve Irwin miet illum waqt incident stramb hdjen il-Great Barrier Reef. Dan ma kienx xi filosfu kbir, jew xi drammaturgu famuz, kien ragel semplici li tir wiehed biss kellu f'hajtu; dak li jghallem b'mod differenti minn kif jaghmlu hafna sotto speci tip ta' ghalliema li naf jien..... u ta' dan jien minn ckuniti ammirajtu!
Grazzi ta' l-informazzjoni li ghaddejtilna!

(Ritratt: Netscape Celebrities)

sms 08


Qtajt qalbi li naqra
messagg minn
tieghek il-lejla,
ghalekk ser immur fil-hemda
tal-lejl
ghal ghonq it-triq
li ma twassal
imkien!



5.2001

Monday, September 04, 2006

Mur gawwi













Mur gawwi,
tir fil-berah blu
tal-holm sfukat
u strieh ...
ghada gurnata 'hra
u l-bahar hemm ikun,

jistenna!

2.2006 - Liverpool

Preludju blogjarju!











Tistaqsix ghalfejn qed nikteb
naf biss
li dejjem hekk ghamilt.

Int li taqra f' skiet il-lejl jew f'skiet filghodu,
meta d-dawl ikun sejjer jew meta d-dawl ikun gej
ahseb ftit,
ieqaf wahda...

kemm il-darba bkejt id-dieqa?
kemm il-darba bkejt il-ferh?

Jien nibki kliem id-dwejjaq fuq il-karti
u b'hekk nistrieh.

4.9.2006 - Malta