Monday, September 11, 2006

Gabor Varga

Is-'salvagg' tar l-ahhar titjira.
L-ghasfur ghaja,
u nizel jistrieh ghal-dejjem.

Tghammem fil-bahar blu
. . . quddiemi.


10.9.2006 Marsamxett (Malta)














________________________________________________________

Żewġ ajruplani ġġarfu wara li ħabtu: Pilota jitlef ħajtu f'dan l-inċident

Alessia ZAMMIT • 10/09/2006 16:30:08

Żewġ ajruplani ġġarfu wara li ħabtu Traġedja fuq il-baħar f'Marsamxett, hekk kif wieħed mil-piloti ta' l-ajruplani li kienu qed jieħdu sehem fil-kompetizzjoni ta' l-Aero GP tilef ħajtu waqt inċident bejn żewġ ajruplani.

L-ajruplani ħabtu f'xulxin bir-riżultat li spiċċaw fil-baħar. Xi membri tal-Forzi Armati marru fuq il-post fejn sabu l-piloti fosthom wieħed mejjet. Dan il-pilota - Gabor Varga, li għandu 45 sena u hu ta' nazzjonalita' Svediża - kien imniżżel fil-Guinness Book of Records bħala l-pilota li wettaq l-akbar numru ta' dawriet akrobatiċi b'ajruplan f'siegħa.

L-ajruplan l-ieħor kien qed jinstaq minn Irlandiż ta' 37 sena, li rnexxielu jaħrab minn ħalq il-mewt billi qabeż mill-ajruplan bil-parachute.

Fuq il-post bdiet immedjatament it-tfittxija għaż-żewġ ajruplani minn membri tal-Forzi Armati u tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Fil-fatt iż-żewġ ajruplani ttellgħu aktar tard wara nofsinhar u ttieħdu f'Xatt it-Tiben għal aktar investigazzjonijiet. Jirriżulta li minħabba l-kundizzjonijiet xejn favorevoli tal-baħar, dawn it-tfittxijiet ħadu fit-tul.

Jirriżulta wkoll li minħabba dan l-inċident traġiku l-ispettaku internazzjonali ta' l-ajru twaqqaf immedjatament.


sors: maltarightnow.com

No comments: