Xxxxi!
Tmurx...
ibqa hawn hdejja,
skiet kiesah
riha pura ta' arja
nadifa li int biss
iggib mieghek!
Strieh ftit iehor.
Imtedd hdejja,
bennini ha nerga nistrieh,
niftakar fl-imghoddi vicin.
Sewwed mill-gdid
l-imkien madwari,
mewwitni lejn fond skur
fejn ix-xemx ma tizritx u
fejn il-kliem jissikket..
fejn...
fejn int u jien
niltaqghu mill-gdid!
04.08 (Santi - Malta)
Thursday, April 17, 2008
Thursday, April 10, 2008
Saħħiet Mark..
Irnexxilek...
taħsadni mill-ġdid.
...bħal meta ġejt u rajtek
l-ewwel darba u għidtli li hawn
'qisha darek!'
...jew bħal meta dewwaqtni
elf togħma
ġdida ta' platti
mimlija tradizzjoni.
...bħal meta għidtli li Alla
ħrafa antika.
Irnexxilek...
taħsadni mill-ġdid.
...bħal meta għidtli li
l-ftira jkollha l-majjal ġewwa,
u tkun mielħa
qisha l-baħar.
...jew bħal meta ħadtni Santi
nixtru l-Girgentina
ħa nagħsru u nagħmlu
inbid aħjar minn tas-sena l-oħra,
(inbid li mhux ser nixorbu
qatt flimkien!)
Erġajt ħsadtni
għax ġejna kmieni filgħodu
u ma sibnikx hemm.
Ilħaqt tlaqt itterraq l-aħħar triq,
waħdek...
ħallejtna warajk.
Għallimtna ... tmajtna...
issa għal rasna,
bik f'moħħna
għal dejjem!
Grazzi Mark!
10.04.2008 (Tas-Silg)
jikteb ..... nazju at 11:49 AM 0 kummenti