Friday, September 22, 2006
Tuesday, September 19, 2006
Nixtieq
nixtieq......
li l-hoss imut
li l-lejl idum
li x-xemx iddub
l-ilma jibbies
li n-nifs jitqal
li jien nidbiel
fil-kwiet tal-lejl
minn fejn jien gej
09.06
jikteb ..... nazju at 2:02 PM 0 kummenti
Wednesday, September 13, 2006
Skiet . . . . . .
Bahar kanella, storbjuz gej lura
b'qabda kbira ta' caghaq
li jpahpah bhal murtaletti
fil-festa tar-rahal.
Ix-xemx sarilha l-hin
u marret torqod.
Tusa kwieta l-lejla,
il-lejl wasal
(habib, li nkun fejn inkun
izurni bhal-dejjem..)
b'rigal.......
is-skiet, il-kwiet
il-kalma, r-raqda.
8.2006 Castel di Tusa (Sqallija)
jikteb ..... nazju at 1:40 PM 1 kummenti
Harstek
Ghajjien . . . inhares lejk
mill-boghod
kemm kemm
nilmah harstek
ddur (madwar din il-kamra
f'nofs bini antik)
lejn tieqa li zzewweg
ix-xemx ma d-dell
kiesah li hawn madwari.
Titbissem bhal kieku rajtni
u tahrab bil-hsieb
lejn shaba bajda
ghaddejja, tiggerra.
Nistenna hawn gew'
biex forsi narak
biex forsi nkellmek
biex forsi inhobbok!
1.2004
jikteb ..... nazju at 1:26 PM 0 kummenti
Monday, September 11, 2006
Gabor Varga
Is-'salvagg' tar l-ahhar titjira.
L-ghasfur ghaja,
u nizel jistrieh ghal-dejjem.
Tghammem fil-bahar blu
. . . quddiemi.
10.9.2006 Marsamxett (Malta)
________________________________________________________
Żewġ ajruplani ġġarfu wara li ħabtu: Pilota jitlef ħajtu f'dan l-inċident
Alessia ZAMMIT • 10/09/2006 16:30:08

L-ajruplani ħabtu f'xulxin bir-riżultat li spiċċaw fil-baħar. Xi membri tal-Forzi Armati marru fuq il-post fejn sabu l-piloti fosthom wieħed mejjet. Dan il-pilota - Gabor Varga, li għandu 45 sena u hu ta' nazzjonalita' Svediża - kien imniżżel fil-Guinness Book of Records bħala l-pilota li wettaq l-akbar numru ta' dawriet akrobatiċi b'ajruplan f'siegħa.
L-ajruplan l-ieħor kien qed jinstaq minn Irlandiż ta' 37 sena, li rnexxielu jaħrab minn ħalq il-mewt billi qabeż mill-ajruplan bil-parachute.
Fuq il-post bdiet immedjatament it-tfittxija għaż-żewġ ajruplani minn membri tal-Forzi Armati u tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Fil-fatt iż-żewġ ajruplani ttellgħu aktar tard wara nofsinhar u ttieħdu f'Xatt it-Tiben għal aktar investigazzjonijiet. Jirriżulta li minħabba l-kundizzjonijiet xejn favorevoli tal-baħar, dawn it-tfittxijiet ħadu fit-tul.
Jirriżulta wkoll li minħabba dan l-inċident traġiku l-ispettaku internazzjonali ta' l-ajru twaqqaf immedjatament.
sors: maltarightnow.com
jikteb ..... nazju at 1:23 AM 0 kummenti
Thursday, September 07, 2006
Rajtek mill-gdid
Ergajt gejt narak
fejn tidher sabiha mill-gdid.
Il-lejla qrajtek
kalma
bhal bahar ta' quddiemi
li jbennen il-hut
ma' l-ghabex kmieni filghodu.
Il-lejla tajtni gost
b'messagg li gie mill-boghod
ta' qalbek.
Il-lejla
ghajjatli b'ismi.
9.2002
jikteb ..... nazju at 4:58 PM 0 kummenti
Fil-kwiet
Bla kwiet
iddur go
sodtok shuna
tistenna n-nghas
ibennek
sa ma ghajnejk
jitqalu
u nifs jitwal.
U jien hawn, nisimek
nixtieq li qieghed
hdejk b'idi
go xahrek
imbennek
bil-mod
sakemm torqod
f'idejja.
09.2002
jikteb ..... nazju at 4:55 PM 0 kummenti
Min Gej
minn l'hawn
minn l'hemm
gejjin, sejrin
b'bagalja
infittxu s-skiet
tal-lejl
ha norqdu
2.2006 Chester (Ingilterra)
jikteb ..... nazju at 3:26 PM 0 kummenti
Wednesday, September 06, 2006
Principessa tal-Mara
Fil-Mara
rajtek, principessa
thares lejja
b'ghajnejn
suwed
tistaqsi ghalfejn
kont hemm hdejk;
ragel abjad
li gej mill-boghod
.... u dhaktli
b'ghajnejk
int u tahrab
il-boghod
minghajr ma tieqaf
thares lejja!
26.8.2002 - Masai Mara
jikteb ..... nazju at 8:05 AM 2 kummenti
Tuesday, September 05, 2006
Xemx wisq sabiha
F'setah kbir
ergajt rajtek
sabiha bhal qatt qabel.
Turini t-triq
li twassal
fil-fond ta' qalbi
fejn insib
is-serhan
u l-paci,
fejn nerga
niftakar fik
...... art twelidi.
22.8.2002 - Masai Mara
jikteb ..... nazju at 11:27 PM 0 kummenti
Grazzi Steve!
Bahar kont
u bahar terga ssir!
L-imhabba qerditek
l-imhabba bennitek.
Strieh fil-bahar fond
strieh fil-bahar blu li tant kont thobb!
4.9.2006
_______________________________________
Steve Irwin miet illum waqt incident stramb hdjen il-Great Barrier Reef. Dan ma kienx xi filosfu kbir, jew xi drammaturgu famuz, kien ragel semplici li tir wiehed biss kellu f'hajtu; dak li jghallem b'mod differenti minn kif jaghmlu hafna sotto speci tip ta' ghalliema li naf jien..... u ta' dan jien minn ckuniti ammirajtu!
Grazzi ta' l-informazzjoni li ghaddejtilna!
(Ritratt: Netscape Celebrities)
jikteb ..... nazju at 8:20 AM 0 kummenti
sms 08
Qtajt qalbi li naqra
messagg minn
tieghek il-lejla,
ghalekk ser immur fil-hemda
tal-lejl
ghal ghonq it-triq
li ma twassal
imkien!
5.2001
jikteb ..... nazju at 12:00 AM 0 kummenti
Monday, September 04, 2006
Mur gawwi
Mur gawwi,
tal-holm sfukat
u strieh ...
ghada gurnata 'hra
u l-bahar hemm ikun,
jistenna!
2.2006 - Liverpool
jikteb ..... nazju at 11:34 PM 0 kummenti
Preludju blogjarju!
Tistaqsix ghalfejn qed nikteb
naf biss
li dejjem hekk ghamilt.
Int li taqra f' skiet il-lejl jew f'skiet filghodu,
meta d-dawl ikun sejjer jew meta d-dawl ikun gej
ahseb ftit,
ieqaf wahda...
kemm il-darba bkejt id-dieqa?
kemm il-darba bkejt il-ferh?
Jien nibki kliem id-dwejjaq fuq il-karti
u b'hekk nistrieh.
4.9.2006 - Malta
jikteb ..... nazju at 4:42 PM 0 kummenti